Merħba

Skema Kiri hija opportunità għal sidien ta’ djar u appartamenti vojta biex jikruhom lill-Awtorità tad-Djar għal perjodu minimu ta’ għaxar snin. Dawn il-proprjetajiet jerġgħu jinkrew mill-Awtorità lill-klijenti tagħha.

Is-sidien jistgħu jibbenefikaw minn rata ta’ taxxa vantaġjuża ħafna ta’ 5% flok ir-rata massima normali ta’ 35%. Jistgħu ukoll iserrħu moħħhom dwar kera assigurata għal għaxar snin u dwar l-istabbiltà finanzjarja tal-kerrejja tagħhom, li hija l-istess Awtorità.

Il-postijiet iridu jkunu mibnija u finished minn kollox, lest għal abitazzjoni, u ilhom mill-inqas sitt xhur vakanti. Ser jiġu preferuti appartamenti individwali, iżda kull tip ta’ proprjetà tiġi kkunsidrata.

Il-proprjetajiet, li jridu jkunu finished u ta’ livell tajjeb ta’ manutenzjoni, jistgħu ikollhom minn kamra tas-sodda waħda sa tlieta, u jridu ikunu mibnijin skond is-sengħa u l-arti u jikkonformaw mal-permess tal-iżvilupp u r-regolamenti sanitarji. … aqra iktar »